Appell lill-ekoloġisti Ewropej

Il-Le tagħna huwa Ewropew,
ekoloġista, altermundista u solidarju

Aħna ekoloġisti, aħna Ewropej, aħna favur li jkun hemm Kostituzzjoni Ewropea, u aħna se nivvutaw « Le » fid-29 ta' Mejju li ġej.

Il-parti l-kbira tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa (TKE) ġiet ikkritikata mill-Ħodor Franċiżi minħabba l-orjentazzjoni produttivista u liberali tiegħu. Minkejja dan, għadd kbir minnhom xtaqu jagħmlu kampanja favur it-Trattat.

Għalhekk, aħna bħala ekoloġisti Franċiżi favur il-Le qegħdin inxerrdu dan l-appell madwar l-Ewropa.

Dan it-trattat iwaqqaf bħala prinċipju dak li l-ekoloġisti minn dejjem ħabirku kontrih: jagħmel leġittmu l-produttiviżmu permezz tal-liberaliżmu billi jopponi bidla ekoloġika vera u siewja, kif ukoll kull alternattiva ekonomika. Bħala kwistjoni ta' kuxjenza, aħna nħossu li ma nistgħux ma nsemmgħux leħinna.

Aħna għażilna li nirsistu biex inħarsu l-pjaneta u nbiddlu d-dinja minn issa stess, mingħajr ma niċħdu l-ideali tagħna. Aħna ma nirrinunzjawx għall-ħolma kbira ta' l-Ewropa, u għaldaqstant ma naċċettawx programm ta' politika ekonomika produttivista u liberali li jikkontribwixxi għall-qerda tagħha.

Id-dibattitu dwar Kostituzzjoni għall-Ewropa jirrappreżenta mument fundamentali biex titqajjem kuxjenza dwar l-isfidi u l-perikli tal-politika Ewropea, u għaldaqstant dwar it-tfassil tal-ġejjieni tagħna. Aħna għandna nwettqu d-dmirijiet tagħna billi nwasslu dan id-dibattitu fil-qalba tas-soċjetà Ewropea.

Għalina, li tgħid « Le » jfisser tirrifjuta l-fataliżmu u r-rassenjazzjoni.

Ta' min isemmi li mhux veru li ma hemmx alternattivi għall-proġett tal-Kostituzzjoni.
Huwa assolutament neċessarju li l-integrazzjoni politika timmira lejn Federazzjoni Ewropea, b'Parlament u gvern Ewropej [1]. L-Ewropa teżisti. Li tasal biex tgħid li ma jkunx hemm Kostituzzjoni għall-Ewropa jekk dan it-trattat jiġi rrifjutat b'mod demokratiku, ifisser tiddubita mit-tiswir ta' opinjoni pubblika Ewropea, kif ukoll mill-eżistenza politika ta' l-Ewropa u min-neċessità storika tagħha.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, billi s-soċjetà tagħna għandha l-jedd għad-dibattitu, il-Le ekoloġista wkoll għandu postu. Il-Le tagħna huwa ekoloġista u Ewropew, huwa Le ta' tama għal Kostituzzjoni Ewropea vera, għal Ewropa politika, ċittadina u federali, sewwasew bħalma sostnejna dejjem.

Niffirma l-appell

Lista ta' dawk li ffirmaw / Ikkuntattjana

Ipproponi modifikazzjoni għat-traduzzjoni

Ipproponi traduzzjoni f'lingwa oħra

 

[1]: Ara l-proposti inizjali ta' Joshka Fischer, fid-diskors li għamel fl-Università Humboldt ta' Berlin, il-12 ta' Mejju 2000.